INSAĦĦU IL-PRODUTTURI PRIMARJI BIEX JIRNEXXU FIL-BIJOEKONOMIJA

Nsaħħu l-għeruq, noħolqu l-opportunitajiet

decorative element

Il-proġett RootLinks

Nissaħħu r-rwol tal-produtturi primarji Ewropej fl-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi biex noħolqu prodotti sostenibbli fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u tal-bioekonomija blu, u fl-istess ħin noħolqu opportunitajiet ġodda għall-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati kollha.

Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u appoġġjat mis-Circular Bio-based Europe Joint Undertaking (CBE JU), RootLinks jipprovdi lill-produtturi primarji b’għodod għall-għarfien, għall-ħidma mifruxa (network), għall-koperazzjoni u għat-tkattir tal-ħiliet tagħhom.

Ara l-vidjo

Kuntest

Mill-isfidi għall-azzjon

Madwar l-Ewropa, il-PP għadhom mhumiex involuti bizzejjed fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Ħafna drabi l-PP jibqgħu maqtugħa mill-għarfien u mit-tħaddim ta’ dawn is-sistemi innovattivi.

Is-CBE JU hija impenjata li tbiddel din is-sitwazzjoni. RootLinks għandu r-rwol ċentrali li jindirizza l-ostakli ewlenin li jżommu lill-PP lura milli jieħdu sehem bis-sħiħ. Tħaddim fejjiedi tas-sistemi rinovabbli tar-riżorsi bijoloġiċi għandu l-potenzjal li jipprovdi benefiċċji reali. Dawn huma: ir-riċiklaġġ tal-enerġija u n-nutrijenti, il-promozzjoni ta’ sistemi ta’ produzzjoni sostenibbli, il-ħolqien ta’ mudelli ta’ negozji ġodda u l-ħolqien ta’ sorsi ġodda ta’ dħul għaż-żoni rurali.

Skopri dwar
1

Għarfien u komunikazzjoni: ngħinu lill-PP jkollhom aċċess aħjar għall-għarfien u li jkunu aktar involuti fl-innovazzjoni tal-bijoekonomija.

2

Integrazzjoni tar riżorsi rinovabbli: ngħaqqdu lill-PP mas-swieq rinovabbli ibbażati fuq is-sistemi bijoloġiċi, nindirizzaw ir-riskji finanzjarji u teknoloġiċi u niżguraw il-qsim ġust tal-benefiċċji.

3

Ostakli strutturali u regolatorji: nappoġġjaw lill-PP permezz ta’ uffiċċji dedikati, ambaxxaturi u għaqdiet, sabiex anke produtturi żgħar li jinsabu f’postijiet imbegħda jkunu jistgħu jieħdu sehem u jibbenefikaw minn dan il-proġett.

Kif tahdem RootLinks fil-prattika

Gruppi settorjali

RootLinks jiġbor flimkien l-agrikoltura, il-forestrija u l-bijoekonomija blu – tliet setturi essenzjali tal-bijoekonomija rinovabbli.

Il-gruppi settorjali tagħna (Agrimakers, Foresters u Aquanauts) huma l-mezz tal-kollaborazzjoni bejn il-PP. Dawn huma gruppi fejn il-membri, flimkien u bejniethom jaqsmu l-għarfien, isibu s-soluzzjonijiet meħtieġa u jaħdmu flimkien biex jegħlbu l-sfidi li jiltaqgħu magħhom minn żmien għall-żmien.

Skopri aktar
Agrimakers
Foresters
Aquanauts

Sejħa RootLinks għal dawk kollha interessati

Hu sehem fl-izvilupp ta-bijoekonomija rinovabbli

Ħu sehem fi stħarriġ qasir biex taqsam l-esperjenza tiegħek u tgħin fit-tfassil ta’ azzjonijiet prattiċi għas-settur primarju fil-bijoekonomija rinovabbli.

Il-firxa ta’ RootLinks madwar l-Ewropa

Mappa ta’ fejn qed iseħħ il-ħidma